Brenda Prato hija riċerkatriċi tad-Dottorat fil-Fakultà tad-Dritt Kanoniku ta’ KU Leuven u Riċerkatriċi Xjentifika fit-tim tal-ECSI (Enhancing Catholic School Identity) fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija u l-Istudji Reliġjużi ta’ KU Leuven. Barra minn hekk, Brenda hija Mħallef Ekkleżjastiku fit-Tribunal taż-Żwiġijiet tal-Arċidjoċesi ta’ Armagh. Hija sservi wkoll bħala Difensur taż-Żwieġ fit-Tribunal taż-Żwiġijiet tal-Arċidjoċesi ta’ Liverpool.

Brenda Prato kisbet il-Liċenzjat fid-Dritt Kanoniku (JCL) minn KU Leuven fl-2023 u l-Baċellerat fit-Teoloġija mill-Università ta’ Malta fl-2018. L-interessi teoloġiċi tagħha bdew mit-teoloġija morali, b’mod partikolari mit-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ Nisrani.

Fl-2020, kisbet Postgraduate Diploma fid-Dritt Kanoniku Matrimonjali u l-Ġurisprudenza mill-Università ta’ Malta. Dan il-kors jiffoka fuq il-liġi tal-Knisja Kattolika fir-rigward taż-żwieġ u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tan-nullità tiegħu.

Wara li fl-2018 skopriet bil-possibbiltà li tistudja għal-Liċenzjat fid-Dritt Kanoniku, marret tgħix il-Belġju fl-2020, fejn kisbet Master fis-Soċjetà, il-Liġi u r-Reliġjon (Society, Law and Religion), kif ukoll Liċenzjat fid-Dritt Kanoniku, minn KU Leuven.

L-għan tagħha b’dan il-blog huwa li, filwaqt li tkompli bir-riċerka tagħha, taqsam mal-qarrejja informazzjoni, riflessjonijiet teoloġiċi u ħsibijiet dwar id-Dritt Kanoniku u l-Knisja Kattolika. Tilqa’ kull mistoqsija, suġġeriment jew kumment dwar il-kontenut ta’ dan is-sit, kif ukoll dwar kwistjonijiet oħra li wieħed ikun jixtieq jistaqsi dwarhom.

Tibżgħux tistaqsu l-mistoqsijiet diffiċli tal-ħajja!